Wednesday, July 24, 2024

Transport Malta timplimenta sistema ta’ Geofencing biex ittejjeb l-operat tal-vetturi bil-Y-plate

Aqra wkoll

Bħala kjarifika għal rapporti li nħarġu fil-media, Transport Malta qed tiċċara li s-sistema tal-geofencing hija diġa’ leġiżlata, fejn se tiġi ntrodotta bħala testjar u prova fi nħawi nominati madwar il-pajjiż.

Dan qalitu fi stqarrija, fejn kompliet tispjega li dan qed isir bil-għan li ttejjeb il-fluss tat-traffiku u s-sigurtà. B’kollaborazzjoni mal-pjattaformi ewlenin ta’ ride-hailingbħal Bolt, eCabs, u Uber, Transport Malta qed tiffaċilita b’teknoloġija ta’ geofencing biex timmaniġġja l-operazzjonijiet fiż-żona.

Din is-sistema tinsab addottata f’diversi pajjiżi oħra. Is-sistema Geofencing tuża t-teknoloġija tal-GPS sabiex tistabbilixxi konfini virtwali. F’dawn il-konfini, il-vetturi bil-Y-plate mhux se jkunu jistgħu jistennew bil-vettura tagħhom f’dawn iż-żoni nominati.

Madankollu, il-klijenti xorta se jkunu jistgħu jirriservaw vetturi bil-Y-plate minn ġewwa ż-żona nominata li tkun geofenced. Is-sewwieqa stazzjonati barra raġġ
ta’ 250 metru mbagħad jipproċedu lejn il-post magħżul għall-ġbir speċifikat mill-klijent.

Transport Malta hija mpenjata li tiżgura t-tħaddim bla xkiel u sigur tas-servizzi ta’ ride-hailing f’oqsma
ewlenin.

Ekonomija

Sport