Friday, November 15, 2024

L-Olandiż Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Italja

Aqra wkoll

Max Verstappen qered il-ħolma tal-Ferrari f’Monza billi rebaħ Grand Prix tal-Italja li kienet meqjusa bħala waħda kontroversjali meta għeleb lil Charles Leclerc li spiċċa fit-tieni post hekk kif it-tellieqa effettivament intemmet bis-safety car.

Iċ-champion tad-dinja Verstappen kien wisq veloċi iżda kien ukoll megħjun għal din ir-rebħa .. li kienet il-ħames konsekuttiva u l-11-il waħda tal-istaġun.

Il-Ferrari ddeċiedew li jsejħu lil Leclerc fil-pitstop liema riskju ħadem kontra tagħhom biex ippermettiet lil Verstappen jieħu l-punti massimi ta’ dan il-Grand Prix.

B’din ir-rebħa, issa Verstappen għandu vantaġġ ta’ 115-il punt fil-quċċata tal-klassifika. Dan ifisser li fil-Grand Prix li jmiss, dak ta’ Singapore fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru, teżisti possibbiltá li jirbaħ dan il-kampjonat għat-tieni darba tal-karriera tiegħu.

Fit-tielet post spiċċa l-Britanniku George Russell (Mercedes) segwit mill-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari), il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) u l-Messikan Sergio Perez (Red Bull).

Ekonomija

Sport