Thursday, April 25, 2024

L-Old Motors Club Malta jiġbor aktar minn €1,300 b’risq id-Dar tal-Providenza

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd, 19 ta’ Marzu, Old Motors Club Malta organizza spettaklu ta’ karità f’Id-Dar Tal-Providenza fis-Siġġiewi. Kienu esebiti aktar minn 100 karozza klassika minn ditti u epoki differenti ta’ karozzi, l-eqdem karozza kienet Ford Model T mill-1916 sa karozzi klassiċi mis-snin 90. Il-pubbliku ġenerali attenda u ta doazzjoni ta flus għad-Dar Tal-Providenza. Inġabru ‘l fuq minn €1300 mingħand is-sidien tal-karozzi, u ‘l fuq minn €800 inġabru mill-pubbliku ġenerali li żar il-wirja.

Fr Martin ħa l-opportunità waqt l-ispettaklu u bierek il-karozzi klassiċi.

L-Imħallef Michael Mallia, Chairman ta’ Old Motors Club u Aldo Pace, il-koordinatur tal-avveniment f’isem Old Motors Club, irringrazzjaw lill-membri kollha għall-kooperazzjoni tagħhom. Dun Martin Micallef, Direttur fid-Dar Tal-Providenza, irringrazzja lil dawk kollha li attendew u taw donazzjoni. Fr Martin spjega li dawn il-fondi jgħinuhom ikopru l-ispejjeż tal-115 il resident tagħhom.

Sport