Friday, May 3, 2024

L-Oppożizzjoni: Inkjesta li tistabbilixxi fejn huma n-nuqqasijiet

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kelliema għal-libertajiet ċivili, d-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra d-dijabete Claudette Buttigieg qiegħda tisħaq li l-inkjesta fil-każ tal-femiċidju ta’ Bernice Cassar għandha tistabbilixxi fejn huma n-nuqqasijiet, fejn qiegħda tfalli s-sistema u x’għandu jinbidel biex ma jibqax ikollna każijiet traġiċi bħal dan. “Dan huwa t-tielet każ ta’ femiċidju din is-sena u ma nistgħux inħallu li jkollna vittmi oħra li ma jsibux l-għajnuna meħtieġa mill-awtoritajiet,” saħqet Buttigieg.

Din il-Membru Parlamentari mara qiegħda tistaqsi min se jġorr ir-responsabbiltà ta’ sistema li falliet ma’ mara oħra li karbet għall-għajnuna u l-protezzjoni imma sabet lil min jinjoraha. Staqsiet min se jsabbar lil uliedha u lill-familja tagħha quddiem il-gravità “ta’ din l-inġustizzja tremenda”. 

Hija temmet tgħid li huwa ċar li l-liġijiet waħidhom m’humiex biżżejjed u li l-Gvern huwa mitluf quddiem ir-realtajiet soċjali ta’ pajjiżna għax ma jridx jaċċetta li għandna kriżijiet soċjali kbar.

Sport