Friday, May 3, 2024

L-Oppożizzjoni se tivvota favur il-liġi dwar il-femiċidju

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif fil-Parlament kompla jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi dwar il-femiċidju, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li din hija liġi bżonnjuża u l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tivvota favur tagħha. 

Huwa qal li llum għandna sitwazzjoni fejn in-nies imressqa l-Qorti fuq vjolenza domestika qed jiżdiedu. Qal li l-akbar ammont ta’ vittmi huma nisa iżda hemm ukoll irġiel li qed jisfaw vittmi ta’ vjolenza domestika.

Kompla jgħid li bħalma nqata’ ċertu diskors fejn jidħlu razez, illum irid jinqata’ diskors li jintuża b’mod laxk u liberu però jħalli effett fuq il-ġenerazzjonijiet li tilgħin illi jkomplu jipperpetwaw l-idea kontra n-nisa.

“Din il-liġi qed tindirizza din is-sitwazzjoni li għandna soċjetà li sfortunatament in-nisa għadhom jiġu trattati ħażin ħafna,” qal Dr Aquilina. “Aħna se nivvotaw favur din il-liġi. Però ejja ma niqfux ma’ din il-liġi. Din hija biss ħafna kliem fuq karta. Irriduha tkun kumplimentata b’riformi aktar b’saħħithom anke fl-istrutturi ta’ sapport f’pajjiżna, b’riformi b’saħħithom fl-istutjzonijiet li jiżguraw is-saltna tad-drittt u li jħarsu l-vittmi tal-kriminalità.”

Sport