Friday, November 29, 2024

“L-Oppożizzjoni terġa’ tagħżel it-triq tal-politika partiġġjana”

Aqra wkoll

Fi stqarrija il-Gvern qal li, “fuq deċiżjoni daqstant importanti bħalma hija dik tal-ftuħ tal-iskejjel, liema deċiżjoni taffettwa mhux  biss il-preżent imma l-futur tat-tfal u l-istudenti tagħna, l-Oppożizzjoni tagħżel li titkellem b’mod  partiġġjan mingħajr ma tgħid x’inhi l-pożizzjoni tagħha.”

L-istqarrija kompliet tg]id li “Oppożizzjoni matura għandha żżomm quddiem għajnejha l-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox  fi kwistjonijiet li jolqtu l-futur edukattiv ta’ uliedna u ulied uliedna.”

Fl-aħħar xhur saret ħidma kbira mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u  mal-istakeholders ewlenin sabiex tfasslu linji gwida li jaraw li r-riskju ta’ tixrid ta’ COVID-19 fl iskejjel jiġi minimizzat kemm jista’ jkun. Iddaħħlu miżuri biex dawn il-linji gwida jiġu implimentati. 

Kien spjegat li l-edukaturi tagħna ntalbu jibdlu sistemi li kienu ilhom li ndraw sabiex l-iskejjel jaġġustaw irwieħhom  għal-limitazzjonijiet li ġew imposti fid-dawl tal-miżuri li għandhom l-għan li jimminimizzaw ir-riskju  ta’ tixrid ta’ COVID-19. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jirringrazzja lill-edukaturi  tagħna tal-ħidma li wettqu u se jkompli għaddej bil-laqgħat mar-rappreżentanti tagħhom għaż-żmien  li ġej. 

Il-Gvern temm jg]id li “nemmnu li flimkien nistgħu negħlbu din l-isfida wkoll u nagħtu l-aħjar edukazzjoni lil uliedna u ulied  uliedna, ċioé edukazzjoni fil-klassi.”

Sport