Thursday, December 26, 2024

L-organizzaturi tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa b’sejħa għal azzjoni urġenti mill-awtoritajiet

Aqra wkoll

L-organizzaturi tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Belt Valletta jappellaw lill-awtoritajiet biex jassiguraw li mhux se jkun hemm ripetizzjoni tat-tfixkil sfaċċat li seħħ waqt il-purċissjonijiet tal-ġimgħa li għaddiet fejn matulhom stabbilimenti varji poġġew imwejjed tul Triq il-Merkanti u daqqew mużika qawwija għalkemm dan hu kontra l-liġi.

Kelliem għall-Arċikonfraternità tal-Kurċifiss Mirakoluż u l-kunvent Franġiskan, li jmexxi l-knisja Ta’ Ġiezu, qal li : “Il-parteċipanti ġew imfixkla mhux biss mis-sidien u l-klijenti fl-istabilimenti, iżda kien hemm ukoll mużika li kienet qed tindaqq barra l-knejjes hekk kif in-nies kienu qed jitolbu u bdejna niġu redikolata. Raġel minnhom saħansitra tella’ idu lejn wiċċ mara wara li talbitu jersaq biex il-purċissjoni tkun tista’ tgħaddi mit-triq iffullata.

“Ma nistgħux ma nikkundannawx in-nuqqas sfaċċat ta’ permessi legali li suppost kellhom jiżguraw li l-avvenimenti organizzati setgħu jseħħu f’atmosfera kalma u xierqa. Nixtiequ wkoll nistaqsu lill-awtoritajiet għaliex ma kinux preżenti biex iżommu l-ordni kif jiġri f’manifestazzjonijiet pubbliċi oħra,” qal l-istess kelliem fl-istqarrija tiegħu.

L-istess stqarrija kompliet tgħid kif l-organizzaturi bagħtu e-mail lill-Pulizija kif ukoll lill-Awtorità tal-Artijiet li huma responsabbli mill-ħruġ tal-permessi, wara li seħħ l-ewwel ksur tar-regolamenti filgħaxija ta’ Jum id-Duluri fil-31 ta’ Marzu 2023. Skont l-istqarrija ngħad li l-Pulizija wieġbu fit-2 ta’ April, fejn ikkupjaw lill-Awtorità tal-Artijiet fil-korrispondenza, u kkonfermaw li kien fil-fatt seħħ ksur tal-liġi u li l-ebda uffiċjal mill-Awtorità ma kien fuq il-post.
reġa’ kien hemm ksur tar-regolamenti nhar

Ftit jiem wara, nhar Ħamis ix-Xirka li ġie fis-6 ta’ April, jum li fih il-fidili tradizzjonalment jagħmlu żjarat f’seba’ knejjes u juru d-devozzjoni tagħhom lejn kurċifiss tas-seklu 17 li jinsab fil-nKisja Ta’ Ġieżu, kif ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira (is-7 t’April), reġa’ kien hemm ksur tar-regolamenti.

“Aħna m’aħniex kontra n-negozju. Aħna ngħixu f’dan l-istorbju tal-kummerċ ta’ kuljum. Qegħdin sempliċiment nappellaw biex jirrenja s-sens komun matul tliet filgħaxijiet fis-sena; tliet filgħaxijiet li għandhom post speċjali fil-qlub ta’ ħafna Maltin,” temmet tgħid l-istqarrija.

Ekonomija

Sport