Il-mużiċisti tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jkunu qed idoqqu f’kunċerti fi bliet Ewropej lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Dan it-tour se jtul ġimagħtejn li matulhom l-orkestra ta’ Malta hija mistennija li ddoqq fis-swali ta’ Berlin, Vjenna, Praga u Bratislava.
Id-delegazzjoni ta’ mużiċisti Maltin li se jieħdu sehem f’dan it-tour tammonta għal 75 persuna.
Dan huwa t-tielet tour ‘il barra minn xtutna li se tkun qed twettaq l-orkestra ta’ Malta, hekk kif f’Settembru tas-sena l-oħra u fi Frar ta’ din is-sena l-orkestra tat żewġ kunċerti oħra f’Dubai.