Saturday, May 18, 2024

“L-Arċisqof qatt ma talab li tiġi posposta ż-żjara tal-Papa Franġisku” – Il-Kurja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa l-Kurja ċaħdet kategorikament l-allegazzjoni li għamlet The Shift News rigward il-fatt li l-Arċisqof Charles Jude Scicluna talab li tiġi posposta ż-żjara tal-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku.

Kelliem għall-Kurja qal li l-verità hija li ż-żjara tal-Papa kellha s-sapport sħiħ tal-Arċisqof u hija diżappuntanti li dan is-sit ibbaża l-artiklu tiegħu fuq sorsi anonimi u mhux infurmati meta b’mod żbaljat intqal li n-Nunzju Appostoliku qabeż lill-Arċisqof fid-deċiżjoni tiegħu.

Fit-tweġiba tagħha għal dawn l-allegazzjonijiet, il-Kurja esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-mod kif l-kleru u l-pubbliku inġenerali, inkluża l-komunità tal-immigranti f’Ħal Far, kienu entużjasti għaż-żjara tal-Papa Franġisku.

Barra minn hekk, il-protokolli u l-proċeduri adattati mill-Kurja għaż-żjarakienu ilhom li ġew stabbiliti u kellhom l-istess skop ta’ żjarat ta’ Papiet li saru aktar qabel fl-1990, fl-2001 u fl-2010.

Sport