Tuesday, May 14, 2024

Żewġ karozzi tal-linja elettriċi ġodda mingħajr emmissjonijiet għall-MPT

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, flimkien maċ-Chairman tal-Malta Public Transport (MPT) Felipe Cosmen, għadu kemm ħabbar żieda ta’ żewġ xarabanks tal-linja elettriċi u b’emmissjoni żero. Dan se jsir b’żdieda mal-flotta skedata tat-trasport pubbliku f’Malta u se jiġi jiswa miljun ewro.

Il-Ministru Farrugia għaraf l-importanza li għandu t-trasport f’ħajjitna u li dan ikun wieħed effiċjenti. Barra minn hekk saħaq li jeħtieġ illi s-sistema tat-trasport tkun waħda ekoloġika kemm jista’ jkun: “It-trasport għandu rwol vitali fis-soċjetà tagħna u fl-ekonomija tagħna. Il-kwalità tal-ħajja tagħna tiddependi fuq sistema tat-trasport effiċjenti, aċċessibbli u nadifa. It-trasport għandu wkoll impatt sinjifikanti fuq l-ambjent tagħna u b’domanda dejjem tikber għal servizzi tat-trasport aktar ekoloġiċi, jeħtieġ li niżguraw li s-sistema tat-trasport pubbliku nazzjonali tagħna tkun mgħammra tajjeb biex tindirizza dawn l-isfidi”.

L-Onerevoli Farrugia kompla jgħid li: “Il-flotta attwali hija magħmula minn karozzi li jagħmlu l-inqas ħsara lill-ambjent, iżda issa wasal iż-żmien li gradwalment naqilbu għal karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku”. L-investiment tal-lum huwa biss il-bidu tal-pjan ta’ dekarbonizzazzjoni u se jkompli jkun kumplimentat mill-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn li se tiddaħħal fl-1 ta’ Ottubru ta’ din is-sena. B’approċċ ħolistiku, miżuri bħal dawn se jwasslu għal futur aħjar u aktar nadif għalina lkoll”. 

Ritratt: Jeremy Wonnacott

Iċ-Chairman tal-MPT, Felipe Cosmen, spjega li l-kumpanija kontinwament tinsab għaddejja b’riċerka sabiex tevalwa soluzzjonijiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-gżejjer Maltin.

Permezz tal-MPT, li bdiet l-operat tagħha fl-2015,  Malta tinsab mgħammra b’waħda mill-iktar flotot ta’ trasport pubbliku ġodda u nodfa fl-Ewropa. 

Cosmen temm jgħid li “Dan l-investiment juri biċ-ċar li s-sostenibbiltà dejjem se tkun fuq l-aġenda tagħna”. 

Sport