Saturday, April 27, 2024

L-S&P Global Ratings jaraw prospetti pożittivi għall-ekonomija ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu S&P Global Ratings ikkonfermat rating ta’ A- bi prospetti stabbli għal pajjiżna. Dan jibqa’ l-aqwa livell ta’ klassifikazzjoni li din l-aġenzija tat lil pajjiżna fl-aħħar għaxar snin.

L-esperti tal-S&P Global Ratings jispjegaw, li minkejja l-impatt immedjat tal-gwerra tal-Ukrajna qed jistennew li t-tkabbir f’pajjiżna jibqa’ b’saħħtu.

Huma nnutaw li l-Gvern għażel li jipproteġi lill-familji u n-negozji miż-żieda fil-prezz tal-enerġija u li din id-deċiżjoni se twassal għal spiża akbar. Madanakollu huma jemmnu li l-politika fiskali ta’ pajjiżna se tibqa’ prudenti u li d-defiċit se jonqos fis-snin li ġejjin. Ir-rapport jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll id-deċizjoni tal-FATF fir-rigward ta’ Malta.

F’rimarki li għamel fil-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li, minkejja l-isfidi internazzjonali, l-S&P Global Ratings huma ċari fit-twemmin tagħhom li l-prospetti tat-tkabbir għal Malta huma b’saħħithom, u li fuq il-bażi tar-riżultati miksubin f’pajjiżna s’issa, il-Gvern se jwettaq aktar riformi u jimmaniġġja tajjeb il-qagħda tal-għoli tal-ħajja. Huwa saħaq li flimkien, nistgħu nibnu prosperità ġdida.

Sport