Wednesday, May 8, 2024

F’ħames xhur Malta tat protezzjoni temporanja lil 1,270 Ukren

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħames xhur li għaddew bejn Marzu u Lulju ta’ din is-sena Malta tat protezzjoni temporjana lil 1,270 ċittadini Ukreni li ħarbu minn pajjiżhom  wara li r-Russja invadiet l-Ukrajna. 58% minn dawn kienu subien taħt it-18-il sena. L-iktar xahar li matulu ingħatat din il-protezzjoni kien f’Mejju 415 il-każ.

L-istatistika li ġiet pubblikata fis-7 ta’ Settembru mill-Eurostat turi li f’Lulju 2022, fost l-Istati Membri tal-UE li għalihom id-dejta hija disponibbli, il-Polonja tat l-ogħla numru, 57,290, ta’ status ta’ protezzjoni temporanju lill-Ukreni li qed jaħarbu minn pajjiżhom bħala konsegwenza tal-invażjoni tar-Russja. Il-Polonja kienet segwita mill-Italja bi 11 020, ir-Rumanija, 7,395, il-Bulgarija 6,465 u Spanja 6,305.

Meta mqabbel ma’ Ġunju 2022, in-numru ta’ Ukreni li qed jirċievu protezzjoni temporanja naqas f’19 mit-22 Stat Membru tal-UE. Meta mqabbel max-xahar ta’ qabel, l-akbar tnaqqis kien osservat fl-Italja segwit minn Spanja, id-Danimarka, ir-Rumanija, l-Ungerija u l-Polonja. Intant, l-uniċi żidiet li ġew irreġistrati kienu fl-Iżvezja b’405, l-Estonja b’160 u s-Slovenja bi 30 talba għal protezzjoni.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-31 ta’ Lulju 2022, il-Polonja kellha total ta’ 1.3 miljun Ukren li bbenefikaw minn protezzjoni temporanja. L-Italja, Spanja, il-Bulgarija, is-Slovakkja, l-Awstrija u Franza kienu l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea bl-ogħla għadd totali ta’ benefiċjarji Ukreni ta’ protezzjoni temporanja.

Meta mqabbel mal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru, il-proporzjon ta’ protezzjonijiet temporanji mogħtija għal kull elf abitant kien baxx. L-ogħla proporzjon ta’ ċittadini Ukreni li ngħataw protezzjoni temporanja f’Lulju 2022 kien irreġistrat fl-Estonja bi 2.0 għal kull elf abitant, segwit mill-Polonja b’1.5, il-Litwanja 1.3, l-Irlanda u l-Latvja it-tnejn 1.1.

Aktar minn kwart tal-Ukreni li qed ifittxu protezzjoni fil-Polonja kienu tfal. F’dn ir-rigward, il-Polonja tat l-ogħla numru ta’ protezzjonijiet temporanji għal persuni taħt it-18-il sena total ta’ 15,615 ekwivalenti għal 27 % tal-Ukreni mogħtija protezzjoni f’dak il-pajjiż f’Lulju 2022, segwita mill-Italja b’ 35 % u r-Rumanija 31 %.

Skont id-dejta disponibbli, f’Lulju 2022, it-tfal taħt l-14-il sena rrappreżentaw aktar minn żewġ terzi tat-tfal kollha li ngħataw protezzjoni temporanja.

Fl-Istati Membri tal-UE, il-maġġoranza tal-Ukreni li ngħataw protezzjoni temporanja kienu nisa, inklużi bniet. L-akbar numru ta’ nisa li rċevew tali protezzjoni kienu fil-Polonja, l-Italja, ir-Rumanija, il-Bulgarija u Spanja.

Subien Ukreni taħt it-18-il sena rrappreżentaw aktar minn nofs it-talbiet għall-protezzjoni temporanja mogħtija fl-Italja (63%) u Malta (58%). 

Sport