Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea – minbarra Viktor Orbán tal-Ungerija, iddikjaraw li li huma lesti li jżidu l-pressjoni fuq ir-Russja permezz ta’ aktar sanzjonijiet. Dan irriżulta hekk minn taħditiet f’summit għall-mexxejja tal-Unjoni Ewropea. Dan is-summit kixef il-qasma ġeografika li teżisti dwar id-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea tarma lilha nfisha.
Jidher li d-direzzjoni li se tkun qiegħda tieħu l-Unoni Ewropea hi dik li timponi aktar sanzjonijiet fuq ir-Russja u ssaħħaħ il-miżuri eżistenti wara taħditiet ma’ Volodymyr Zelenskyy tal-Ukrajna.
Orban irrifjuta li jappoġġja dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea li fiha fost oħrajn jingħad li “il-Kunsill Ewropew jappella lir-Russja biex turi rieda politika reali biex ittemm il-gwerra.”
Ix-xejra dejjem tikber ta’ Orbán li jkompli jitbiegħed mill-Unoni Ewropea dwar l-Ukrajna qiegħda tqajjem mistoqsijiet dwar il-kapaċità tal-blokk li jimponi sanzjonijiet ġodda u jġedded dawk eżistenti.
Zelenskyy qal lill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea: “tnaqqsux ilpressjoni fuq ir-Russja. Is-sanzjonijiet għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-Russja tibda tirtira minn artna u tikkumpensa bis-sħiħ għall-ħsara kkawżata mill-aggressjoni tagħha.”