Thursday, December 26, 2024

L-UE twissi dwar riskju kbir ta’ attakki terroristiċi fi żmien il-Milied

Aqra wkoll

Il-Kummissarju Ewropew għal affarijiet Interni tal-Unjoni Ewropea, Ylva Johansson fl-aħħar sigħat ħarġet twissija li hemm riskju kbir ta’ attakki terroristiċi fi żmien il-Milied.

Qalet li dan ir-riskju għoli nħoloq minħabba l-gwerra li għaddejja bejn Iżreal u l-Hamas fejn dawn tal-aħħar għandhom ħafna persuni b’appoġġ lejhom li jgħixu fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissarju Johansson li l-Unjoni Ewropea qiegħda żżid il-baġit għas-sigurtà tal-pajjiżi bi €30 miljun. Fl-ebda ħin ma qalet minn fejn ġabet l-informazzjoni li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jinsabu f’riskju ta’ attakki terroristiċi.

Twissija simili waslet mill-Ministru tal-Intern Ġermaniż Nancy Faeser fejn waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja internazzjonali qal li l-Unjoni Ewropea għandha tħares u tifli sewwa t-theddid u l-propoganda li qiegħda ssir. Hu qal li hemm riskju għoli ħafna li Islamiċi jwettqu attakki terroristiċi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport