Friday, May 3, 2024

“L-abbozz ta’ liġi huwa bżonnjuż”

- id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg

Aqra wkoll

Hekk kif fil-Parlament kompliet id-diskussjoni b’rabta mar-riforma dwar l-Aġenziji tax-Xogħol, id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg qal li dan l-abbozz ta’ liġi huwa bżonnjuż u wasal il-mument li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ biex jirregolaw ir-realtà li għandna f’pajjiżna meta niġu għall-impjiegi ta’ barraninn f’pajjiżna.

Borg iddikjara li jemmen li r-regolarizzazzjoni tat-temping agencies kienet waħda neċessarja. Fi kliemu stess “aħjar illum milli xejn”. Huwa kompla billi faħħar is-sustanza tal-liġi kif qiegħda tiġi proposta fejn qal li din tirrifletti r-realtajiet li għandna f’pajjiżna.

Borg qal ukoll li issa hemm bżonn li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u tassew ikun hemm infurzar biex jonqos l-abbuż li rajna fl-aħħar snin f’dan il-qasam. Qal li rridu naċċertaw ruħna li b’dawn l-emendi, insibu bilanċ bejn ir-regolarizzazzjoni fl-istess waqt li naċċertaw ruħna li “ma ssirx aktar burokrazija u tistaġna l-ekonomija.”

F’dan ir-rigward, Borg saħaq fuq l-importanza li naċċertaw ruħna li dan l-abbozz ma joħloqx burokrazija żejda li tista’ tkun ta’ piż ekonomiku fuq il-kumpaniji u setturi li llum jiddependu minn ħafna barranin fosthom fl-industrija tal-kostruzzjoni u s-settur tal-ospitalità.

Sport