Thursday, May 16, 2024

Ħelsien mill-arrest wara li attakka lil sieħbu b’xabla għax ħasbu xitan

Aqra wkoll

Joseph Grech ta’ 33 sena minn Bormla ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li kien qatel lill-ħabib tiegħu b’xabla tas-Samuraj. Hu kien ilu sitt ijiem jabbuża mid-droga kokaina.

Hu kien akkużat li nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru weġġa’ gravi lil Marco Rapinett. Huwa jinsab mixli wkoll li attakka u hedded lil sieħbu u li sar reċediv.

L-Ispettur Paul Camilleri li qiegħed imexxi l-Prosekuzzjoni qal li l-vittma daħal fl-Għassa ta’ Bormla u kellu driegħu miksi bid-demm. Mill-ewwel hu qal li kien Grech li weġġgħu.

Ftit tal-ħin wara li ntilef minn sensih u kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura. Wara li ħareġ mill-Isptar hu kompla jitkellem mal-pulizija fejn ta aktar dettalji.

L-Ispettur qal li ż-żewġ persuni kienu qegħdin jieħdu d-droga flimkien meta f’daqqa waħda sar paranojku u ħebb għal Rapinett b’xabla. Huwa ġie arrestat mill-pulizija fuq l-għatba tal-bieb tad-dar u kien hawn li qalilhom li ħaseb li sieħbu kien xitan.

Il-Maġistrat Gabriella Vella tat lill-akkużat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €7,000.

L-Avukat Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużat.

Sport