Tuesday, May 14, 2024

Pilota jibqa’ jinżamm arrestat wara li hedded lis-sieħba

Aqra wkoll

Massimo Galea ta’ 52 sena minn Tas-Sliema iżda jgħix il-Wardija wieġeb mhux ħati li ħebb u hedded lis-sieħba tiegħu. Galea li qal li jaħdem bħala pilota kien ilu mas-sieħba tiegħu 4 xhur biss.

Hu ma ngħatax il-libertà proviżorja hekk kif il-Prosekuzzjoni akkużatu li għal diversi drabi ħebb u hedded lis-sieħba tiegħu. Hu kien iltaqa’ magħha fuq il-post tax-xogħol fis-Slovakkja.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat u s-sieħba tiegħu kienu jaħdmu flimkien ma’ linja tal-ajru Slovakka. Wara li seħħ l-allegat każ hu pprova jagħmel kuntatt magħha u anke heddida permezz ta’ komunikazzjoni elettronika.

Il-Magistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li Galea jibqa’ jinżamm arrestat minħabba li ma kienx hemm serħan il-moħħ li hu kien se joqgħod għall-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

Sport