Saturday, May 18, 2024

L-UEFA tiċħad talba ta’ Fiorentina

Aqra wkoll

L-UEFA ma laqgħetx talba ta’ Fiorentina sabiex tneħħi s-sospensjoni tal-partitarji tagħha waqt logħba barra minn darhom.

Hekk kif waqt logħba mill-UEFA Europa Conference League bejn Basel u Fiorentina, il-partitarji Żvizzeri qalgħu l-inkwiet qabel il-konfront bil-UEFA tanalizza l-filmati u l-kontenut li waslitilha u ħarġet bil-konklużjoni li partitarji Viola ma jivjaġġawx fil-logħba li jmiss minkejja li ma kinux huma li qalgħu l-inkwiet.

Barra minn hekk Fiorentina b’sorpriża weħlu €30,000 f’multa wara dawn l-inċidenti, bil-Viola li ċaħdu li qalgħu xi forma ta’ inkwiet.

Sport