Friday, December 27, 2024

L-uffiċjal li ma baqa’ jara xejn ħlief li jsalva lil dawk f’diffikultà

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratt li ttieħed matul il-ġurnata tal-bieraħ qabad parti minn waħda mill-operazzjoni ta’ salvataġġ li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jagħmlu wara li persuni sabu rwieħhom f’diffikultà kawża tal-ilmijiet kbar li niżlu f’ħin qasir.

Persuni li kkummentaw b’rabta ma’ dan ir-ritratt kellhom kliem ta’ tifħir għall-uffiċjali kollha involuti, iżda ma setgħux ma jinnutawx l-isforz ta’ dan l-uffiċjal involut li f’dak il-maltemp x’aktarx ma kien qiegħed jara xejn għajr li jkun ta’ spalla fil-veru sens tal-kelma għal dawk li sejħu għall-għajnuna.

Dan is-sit dejjem kellu kliem ta’ tifħir għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jassistu lill-pubbliku ħafna drabi anke f’sitwazzjonijiet li lanqas li nkunu nixtiequ nsibu ruħna fihom. Eżempju wieħed biss lil hinn mill-periklu tal-maltemp, tajjeb li nfakkru li dawn l-uffiċjali jkunu minn ta’ quddiem biex jassitu f’inċidenti serji li fihom persuni jinqabdu bejn ħajja u mewt u l-unika tama tagħhom ikunu huma biex fost każi oħra jaqilugħhom minn vetturi li jispiċċaw bi ħsarat estensivi.

Ekonomija

Sport