Ir-Referee tal-FIFA Futsal Stephen Vella ġie assenjat biex imexxi l-logħba mit-Tazza tad-Dinja tal-Futsal tal-FIFA 2024 mill-fażi tal-gruppi tar-rawnd prinċipali bejn l-Awstrija u l-Georgia.
Il-partita tal-Erbgħa hija skedata fi Sporthalle Margareten Arena fi Vjenna, l-Awstrija.
Il-Malta FA awgurat l-isbaħ xewqat lil Stephen li se jkun qed jirrappreżenta lill-Assoċjazzjoni u lil pajjiżu f’dan l-impenn internazzjonali.