Saturday, December 21, 2024

“L-uffiċjali tagħna kienu l-ewwel li intervjenew… nikkalkulaw li mal-2,000 litru laħqu nfirxu fil-baħar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Mingħajr l-ebda ftaħir, nemmen li li ma kienx għall-ewwel rispons tat-Tug Malta kien ikun hemm firxa ferm akbar ta’ diesel fil-baħar”. Iddikjara dan is-Supretendent tal-flotta tat-Tugboats Malta Ray Bartolo meta kkuntattjat minn dan is-sit b’rabta mal-ħidma tagħhom fil-Marsa wara li nqaleb il-bawżer.

Bartolo spjegalna li ftit ħin wara li seħħ l-inċident, Il-Kaptan Clive Borg ikkuntattjah u spjegalu li waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol amministrattiv kellu jitlaq minn idejh u flimkien ma’ grupp ta’ uffiċjali oħrajn ta’ Tug Malta jilqgħu kemm jista’ jkun il-fuel milli jinfirex.

Huwa spjegalna dwar oil pollution kits li permezz tagħhom l-uffiċjali rnexxielhom iżommu d-diesel milli jkompli jinfirex. Qalilna li dawn il-kits f’termini ħfief huma bħal tissues li jassorbu dan id-diesel. Kompla biex jgħidilna li l-operazzjoni kienet tirrikjedi numru ta’ sigħat u kien hemm tħassib li jekk idur ir-riħ kienet se tkun diffiċli ferm iżjed biex iwaqqfu l-firxa.

Mistoqsi dwar kemm hu stmat li mar diesel fil-baħar, Bartolo qalilna li għalkemm huwa ferm diffiċli tikkalkula, hu jemmen li laħqu niżlu mal-2,000 litru ta’ diesel fil-baħar.

Bartolo xtaq jiċċara dwar numru ta’ kummenti fuq il-midja fejn ħafna kkundannaw lix-xufier, mingħajr ma jafu kif seħħ l-inċident. Huwa spjegalna dwar is-serjetà tal-operat tal-kumpanija tat-trakk li nqaleb li ħadu fil-post trakk ieħor u bdew jitrasferixxu d-diesel mit-trakk maqlub. Barra minn hekk huma kellhom vettura oħra li hija apposta biex tiġbor id-diesel maħmuġ li kien diġà laħaq infirex fit-triq u anke kkollaborat b’mod sħiħ mal-bqija tal-uffiċjali ta’ Transport Malta, Cleansing u l-Pulizija.

Ekonomija

Sport