Saturday, December 21, 2024

L-Uffiċju tal-PM jirribatti l-allegazzjonijiet miktuba fil-ktieb il-ġdid ta’ Robert Aquilina

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz ta’ stqarrija li ħareġ ftit tal-ħin ilu rribatta d-diversi allegazzjonijiet li saru waqt tnedija ta’ pubblikazzjoni ta’ ktieb li l-awtur tiegħu hu Robert Aquilina.

L-istqarrija tgħid li l-awtoritajiet jaħdmu f’indipendenza u f’awtonomija sħiħa u jieħdu d-deċiżjonijiet bis-saħħa li tagħtihom il-liġi, skont il-ħaqq u s-sewwa.

Iktar minn hekk, mhux biss il-gvern immexxi minn Robert Abela ta l-għodda lill-istituzzjonijiet biex iwettqu xogħolhom, iżda ta wkoll għodda ġdida liċ-ċittadini biex ikunu jistgħu anke huma jikkontestaw dawn id-deċiżjonijiet, kif qed jiġri fil-każ odjern stess minn min ippubblika l-ktieb, u liema proċeduri għadhom pendenti.

“Daqshekk dan il-gvern jemmen fl-istituzzjonijiet, u kull allegazzjoni jew mossa oħra, li tista’ tkun anke maħsuba biex tikkundizzjona proċeduri pendenti li hemm il-Qorti, hija allegazzjoni li m’għandhiex mis-sewwa,” itemm tgħid l-istqarrija.

Ekonomija

Sport