Friday, November 15, 2024

L-Uganda b’abbozz ta’ liġi li jikkundanna persuni li jgħidu li huma LGBTIQ+

Aqra wkoll

Il-Parlament tal-Uganda introduċa abbozz ta’ liġi ġdida li xxukkjat lil bosta, liema liġi titkellem waħidha … ‘Liġi kontra l-omosesswalità 2023”.

Dawn involuti fl-abbozz introduċew il-leġiżlazzjoni nhar il-Ħamis bl-esperti tad-drittijiet tal-bniedem li rreaġixxew minnufih li din tikser diversi drittijiet u libertajiet fundamentali.

Aktar minn 30 nazzjon Afrikan diġà għandhom liġijiet li jipprojbixxu r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess.

Iżda skont l-Għaqda mhux Governattiva Human Rights Watch, jekk jgħaddi, l-abbozz privat se jkun l-ewwel wieħed fil-kontinent li jipprojbixxi sempliċement l-identifikazzjoni bħala persuna LGBTQ+.

Atti sesswali bejn persuni tal-istess sess huma diġà illegali fl-Uganda u f’każ li persuna tinqabad tista’ tiġi kkundannata sa sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Skont l-aħħar abbozz, li sempliċiment tidentifika ruħek bħala persuna LGBTIQ+ tista’ teħel sentenza ta’ 10 snin ħabs.

Filwaqt li l-Ispeaker tal-Kamra Anita Among talbet lill-pubbliku jesprimi l-ħsieb tiegħu, inklużi persuni omosesswali, il-Membri Parlamentari sostnew li din id-darba d-deċiżjoni tagħha kienet se tikkonferma jekk hijiex omosesswali jew le.

Ekonomija

Sport