Tuesday, May 14, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Marsaskala

Aqra wkoll

Anzjan iddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Marsaskala.

Minn stħarriġ ili sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti Marsaskala u BMW 120 misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Marsaskala wkoll. Mazda Demio, li kienet ipparkjata, intlaqtet minn waħda mill-karozzi involuti fl-inċident.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna. Issejħet ukoll Ambulanza li ħadet lill-anzjan lejn l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Is-sewwieq l-ieħor ma weġġax.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco li ħatret inkjesta filwaqtli l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport