Wednesday, December 25, 2024

L-Ukrajna tikkonferma li r-Russja ħadet il-kontroll ta’ Lysychansk

Aqra wkoll

Il-militar Ukren ikkonferma li fis-sigħat li għaddew, Lysychansk (belt li tinsab fil-Lvant tal-Ukrajna) waqgħet f’idejn il-forzi Russi: “Wara ġlied qalil bejn ir-Russi u l-Ukreni, il-forzi Ukreni kellhom iċedu din il-belt”, fisser il-Ġeneral tal-Armata Ukrena.

Skont l-Ukreni dan seħħ bħala miżura sabiex isalvaw il-ħajja tal-militar Ukren wara li r-Russi kienu jinsabu f’pożizzjoni iżjed vantaġġjuża f’dik li hi artillerija, ajruplani u militar.

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, wiegħed li l-forzi Ukreni għad jirritornaw lura f’Lysychansk bis-saħħa tat-tattiki u ż-żieda fil-provvista tal-armi moderni.

Madwar ġimgħa ilu, it-truppi Russi ħatfu taħt idejhom il-belt ta’ Severodonetsk.

Ekonomija

Sport