Sunday, December 22, 2024

L-Ukrajna tirrapporta attakki qawwija ta’ missili Russi fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-pajjiż

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Attakki b’missili u rokits Russi kkawżaw aktar ħsara f’diversi bliet u rħula fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ukrajna. F’dawn l-attakki mietu erba’ ċittadini f’Siversk, belt fir-reġun ta’ Donetsk filwaqt li ntlaqtu wkoll żoni f’Druzhkivka, fl-istess reġjun u nqered ukoll supermarket.

Sadanittant, l-uffiċjali Ukreni rrapportaw ukoll attakki ta’ missili Russi fuq partiiiet ta’ Kharkiv fit-Tramuntana, Mykolaiv fin-Nofsinhar, u Kryvyi Rih, belt fin-naħa ta’ isfel tal-pajjiż. 

Il-forzi Ukreni qed jiddefendu bil-qawwa kollha Mykolaiv, port strateġiku fuq rotta ewlenija lejn Odesa, li hija ċ-ċentru ewlieni tal-esportazzjoni tal-Ukraja. Il-flotta Russa għadha qed tipprevjeni lill-Ukrajna milli tittrasporta l-qamħ barra minn Odesa. 

Id-Deputat Prim Ministru Ukren Iryna Vereshchuk ħeġġet lir-residenti biex iħallu partijiet ta’ Khershon u Zaporizhzhia li huma okkupati mir-Russi fin-nofsinhar. Ir-Russi qed jokkupaw il-belt ta’ Kherson iżda l-forzi Ukreni ħadu lura xi partijiet tar-reġjun. 

Ekonomija

Sport