Friday, December 13, 2024

L-Ukrajna titlob għal laqgħa mar-Russja fi żmien 48 siegħa

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ukrajna sejħet għal laqgħa mar-Russja u ma’ membri oħra ta’ grupp ewlieni tas-sigurtà Ewropea dwar it-tensjoni li qed tiżdied fuq il-fruntiera tagħha. 

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dmytro Kuleba qal li r-Russja kienet injorat it-talbiet formali biex tispjega ż-żieda fit-truppi tagħha mal-fruntiera Ukrena.

Huwa qal li l-pass li jmiss kien li jitlob laqgħa fit-48 siegħa li ġejjin għat-trasparenza dwar il-pjanijiet tar-Russja.

Min-naħa tagħha, ir-Russja ċaħdet kull pjan li tinvadi l-Ukrajna minkejja li bagħat mal-100,000 suldat fuq il-fruntiera Ukrena. 

Xi nazzjonijiet tal-Punent iżda wissew li r-Russja qed tipprepara għal azzjoni militari, bl-Istati Uniti tgħid li Mosta tista’ tibda b’bumbardamenti mill-ajru “fi kwalunwke ħin”.

Ekonomija

Sport