Waqt li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump kien qiegħed jindirizza l-Kongress Amerikan qal li l-President Ukren Zelensky u anke l-President Russu Putin huma lesti li jibdew jinnegozjaw ftehim ta’ paċi biex b’hekk il-gwerra tintemm.
Iżda matul il-ġurnata tal-bieraħ, uffiċjali Ukreni qalu li biex ikun hemm l-ewwel pass ta’ paċi, ir-Russja għandha twaqqaf l-attakki kontinwi li qegħdin isiru fuq il-pajjiż.
Fil-fatt, il-Forzi Ukreni qalu li mill-inqas 181 drone ttajru fuq l-Ukranja biex iwettqu l-attakki, iżda bit-teknoloġija offruta lilhom irnexxilhom iwaqqgħu 115 minnhom.
F’dawn l-attakki mietu aktar persuni ċivili.
Intant, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea għada se jkunu qegħdin jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-futur tal-Ukranja u anke l-appoġġ li għandhom jagħtu lil dan il-pajjiż kif ukoll fuq nett tal-aġenda se jkun hemm is-Sigurtà Ewropea.
Għal din il-laqgħa għola se jkun hemm mistieden ukoll il-President Ukren.