It-tensjoni fid-dinja sportiva minħabba l-kunflitt fl-Ukrajna nfirxet fl-arena tat-tennis meta l-Ukrena Marta Kostyuk irrifjutat li tieħu b’idejn ir-Russa Anastasia Potapova wara li ġiet megħluba minnha bl-iskor ta’ 6-1, 6-3 fil-partita tat-tieni round tagħhom fil-Miami Open.
Ma kinitx l-ewwel darba li l-gwerra kellha impatt fid-dinja tat-tennis hekk kif il-logħba seħħet wara li Potapova ġiet mwissija mill-Assoċjazzjoni tan-Nisa tat-Tennis (WTA) talli ħaditha kontra Jessica Pegula minħabba li kienet liebsa flokk tal-futbol Spartak Moscow.
Kostyuk, li qabel kienet irrifjutat ukoll li tieħu b’idejn ir-Russi Varvara Gracheva u Victoria Azarenka qalet li “ovvjament hemm tensjoni – m’aħniex ħbieb. Bħalissa qegħdin fi gwerra.”
Min-naħa tagħha r-Russa qalet li kienet qiegħda tistennieha xi ħaġa hekk. Hija qalet li min-naħa tagħha toħodha mod ieħor u li t-tennis jgħina tinsa affarijiet oħra.