Tuesday, May 14, 2024

Il-grupp Qatari jixħtu l-offerta għax-xiri ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Manchester United irċevew offerta mill-grupp Qatari matul il-lejl tal-Ġimgħa hekk kif tkompli l-battalja bejn min se jixtri l-club. 

Kien maħsub li t-tim li qed jaħdem fuq offerta mingħand Sheikh Jassim bin Hamad al-Thani kien se jissottometti l-offerta tiegħu qabel jagħlaq iż-żmien stipulat sa nhar il-Ġimgħa.

Matul dan il-proċess,  il-familja Glazer, li huma s-sidien tal-United, stabbilixxew prezz għal dan il-bejgħ. Madankollu, għad hemm tħassib kemm l-offerenti se jilħqu t-talba tal-Amerikani … dik ta’ £6 biljuni.

Sport