Saturday, December 21, 2024

“L-uniku stħarriġ li jgħodd hu dak tas-Sibt”

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-uniku stħarriġ li jgħodd hu dak li se jiġi fi tmiemu s-Sibt fl-10.00 p.m. u l-Ħadd inkunu nafu d-deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi.

Huwa stqarr dan meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-aħħar stħarriġ li wera kif il-Partit Laburista qed igawdi vantaġġ kbir fuq il-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, stħarriġ li sar mill-istatistiku Vincent Marmarà u li kien ippubblikat fuq il-ġurnal L-Orizzont wera distakk ta’ madwar 39,000 vot favur il-Partit Laburista. 

Dr Grech sostna li bla dubju s-sondaġġi li jsiru jistgħu jkunu indikattivi, però mhux qed jgħidu bilfors x’hemm fil-qlub tan-nies. Huwa qal ukoll li jinsab fiduċjuż li l-poplu qed jifhem aktar il-messaġġ tal-PN. 

Stqarr li l-futur tal-PN u l-futur tiegħu huwa futur fejn se jkompli joffri s-servizzi tiegħu. “Il-PN kemm jekk f’din l-elezzjoni jintgħażel biex imexxi, kemm jekk le, se jibqa’ hemm kif dejjem kien b’responsabbiltà kbira lejn il-poplu Malti u Għawdxi.”

“Din l-elezzjoni mhix la dwar il-PN u lanqas dwari, din hi l-elezzjoni tal-poplu u dwar il-poplu. Il-poplu se jagħżel il-futur tiegħu. Se jagħżel il-PM li jrid imexxih,” tenna Dr Grech

Ekonomija

Sport