Sunday, May 19, 2024

L-Università ta’ Malta bi rwol determinanti biex f’Marsaxlokk se jkun hemm klinika tas-saħħa

Aqra wkoll

L-Università ta’ Malta kienet kruċjali sabiex fix-xhur li ġejjin Marsaxlokk ikollu klinika tas-saħħa.  Dan għax, parti minn art li l-Università ta’ Malta għandha pussess fuqha ħdejn il-Kavallerizza u li tifforma parti minn art li fuq parti minnha hemm mibni l-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli, għaddiet bis-saħħa ta’ kuntratt speċifiku u skont numru ta’ kondizzjonijiet, għand il-Ministeru ghas-Saħħa sabiex fuqha tkun tista’ tinbena klinika tas-saħħa.

F’kummenti lil IT-TORĊA il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Dr Owen Bonnici ikkonferma r-rwol kruċjali li lagħbet u qed tilgħab l-Università ta’ Malta sabiex f’Marsaxlokk fix-xhur li ġejjin se jkun hemm klinika tas-saħħa u faħħar il-hidma tal-Ministeru għas-Saħħa tax-xogħol tajjeb li qed isir flimkien.

“Kien ilu jinħass il-bżonn li jkun hemm klinika tas-saħħa f’Marsaxlokk u jien nemmen li s-settur edukattiv, f’dan il-kaz permezz ta’ l-Università ta’ Malta , wera skop soċjali importanti ħafna għall-ġid tax-Xlukkajri,” qal Dr Bonniċi.

Il-Ministru Bonniċi temm jirringrazzja l-ħaddiema kollha li qed jaħdmu fuq il-klinika tas-saħħa l-ġdida u awgura li hekk kif din tiftaħ tiġi utilizzata mix-Xlukkajri li jkollhom bżonn ta’ xi kura tas-saħħa.

Sport