Saturday, December 21, 2024

L-Unjin tal-Ekwipaġġ tal-Air Malta tkeċċi u tissopendi lill-membri tagħha stess

Aqra wkoll

Wara li ppreżentaw ittra kontra l-Unjin u l-Air Malta fuq il-ftehim li sar bejniethom

Minn MATTHEW CHARLES ZAMMIT

Wara li uħud mill-membri tal-ekwipaġġ tal-Air Malta, li jaħdmu bħala cabin crew, sdemmew leħinhom tramite l-Avukat tagħhom kontra l-miżuri li qegħdin jiġu kkunsidrati mil-linja tal-ajru nazzjonali, jidher li l-Union tal-Membri tal-Ekwipaġġ (UCC) neħħiet is-sħubija ta’ dawn l-imsemmija membri tagħha, filwaqt li saqsiet il-membri li ffirmaw il-petizzjoni biex jirreżenjaw mil-Union.

Dan wara li l-Union tal-Membri tal-Ekwipaġġ (UCC) ippreżentaw numru ta’ proposti lill-kumpanija “biex jtaffu ftit mill-impatt negattiv tal-pandemija tal-Covid-19.” Dawn il-ħaddiema qegħdin jallegaw li huma ma ġewx ikkonsultati b’dawn in-negozji, “u bil-proposti li qegħdin jiġu ppreżentati, hekk kif uħud minnhom huma għad-detriment tagħna. Il-proposti tal-kumpanija għadhom qatt ma ttieħdu għal vot, u għalhekk, baqgħu fid-dlam fuq x’qiegħed jiġri.”

Jidher li bħala reazzjoni tal-petizzjoni maħruġa mill-ħaddiema tal-Air Malta lejn id-diretturi tal-linja tal-ajru nazzjonali, kif ukoll lejn l-amministrazzjoni ta’ din il-Union, l-imsemmija UCC qegħda tirribatti lil dawk in-nies “li matul dawn l-aħħar jiem, bil-kondotta tagħhom, kienu ta’ detriment għall-aħjar interessi tal-Union.”

“B’vot unanimu tal-Kunsill Eżekuttiv, il-UCC għadha kif keċċiet lil dawn l-individwi li l-Kunsill Eżekuttiv jemmnu, abbażi ta’ provi konkreti, li kienu ta’ influwenza fuq il-bqija tal-membri. Il-Kunsill jistenna wkoll li l-bqija tal-firmatarji fuq din il-petizzjoni, jissospendu lilhom nfushom b’effett immedjat, minħabba n-nuqqas ta’ fiduċja li għandhom kontra l-Union li tirrapreżentahom.”

Ekonomija

Sport