Monday, May 13, 2024

L-Unjoni Ewropea li trid tħares aktar lejn diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja

Aqra wkoll

F’laqgħa informali virtwali organizzata mill-Presidenza Kroata tal-Kunsill tal-Unjoni għall-Ministri tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis spjega l-miżuri proattivi li qed jieħu l-gvern Malti biex jiġġieled l-imxija tal-COVID-19.

Dr Zammit Lewis qal li l-pandemija tan-novel coronavirus hi kriżi bla preċedent. Għaldaqstant, il-ministru ta elenku tal-miżuri meħuda fil-ministeru mmexxi minnu, ewlenin fosthom l-għadd ta’ avviżi legali li jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika, il-komunikazzjoni kontinwa mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, kif ukoll il-prekawzjonijiet meħuda fil-Qrati tal-Ġustizzja u fl-oqsma kollha relatati.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru Zammit Lewis saħaq illi l-membri stati għandhom ilkoll jiffukaw u jesploraw metodi ta’ diġitalizzazzjoni fil-ġustizzja. Hu tenna illi l-perjodu straordinarju li għaddejjin minnu bħalissa għandu jservi ta’ ispirazzjoni biex nirriformaw il-ġustizzja mill-aspett teknoloġiku, filwaqt illi jibqa’ jkun assigurat l-ogħla livell possibbli u b’ġustizzja effiċjenti li tkun aċċessibbli għal kull ċittadin.

Sport