Saturday, December 21, 2024

“l-Unjoni Ewropea trid tiġġieled l-ogħli tal-prezzijiet” – L-MEP Cyrus Engerer

Aqra wkoll

“Irridu ngħixu f’soċjeta’ ġusta fejn dawk li huma l-iktar vulnerabli isibu s-sostenn tal-Unjoni Ewropea u tal-gvernijiet tagħhom sabiex anke huma jkunu jistgħu jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom”, qal il-Membru Parlamentari Cyrus Engerer waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Strasburgu organizzata mill-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, il-ġurnalisti Maltin preżenti fi Strasburgu kellhom l-opportunita’ jistaqsu lil Engerer dwar il-prioritajiet tal-ħidma parlamentari tiegħu matul is-sena 2022. 

Engerer semma kif ix-xhur li ġejjin se jkunu essenzjali fil-ħidma favur Ewropa soċjali, hekk kif il-kontinent qiegħed jesperjenza żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, fjuwil u b’konsegwenza ta’ hekk, żieda fil-prezzijiet tal-merċa u prodotti essenzjali oħra.

Hu spjega kif din il-kriżi madwar l-Unjoni Ewropea u d-dinja hi r-riżultat tal-pandemija Covid-19 u r-relazzjoni dejjem iktar problematika bejn il-punent u r-Russja.

“F’Malta għandna Gvern li matul is-snin li għaddew b’għaqal investi biex ikollna stabilita’ fil-prezzijiet tal-fjuwil u l-enerġija li wassal biex illum il-ġurnata, Malta għanda l-orħos prezzijiet tal-fjuwl fl-Unjoni Ewropea u fost l-orħos prezzijiet tal-enerġija,” qal Engerer, filwaqt li tkellem dwar kif il-prezzijiet tal-prodotti qiegħed jiżdied mad-dinja kollha minħabba r-realtajiet l-ġodda.

“Ewropa soċjali għandha timxi fuq l-eżempju ta’ Malta fejn il-Gvern qiegħed jinvesti fin-nies,” saħaq Engerer bi spjegazzjoni ta’ kif il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista f’dawn is-snin ħadem biex żied il-pensjonijiet, l-istipdenji, l-paga minima, raħħas il-kontijiet u żied il-benefiċċji biex dawk li huma l-iktar vulnerabli fis-soċjeta’ jkunu jistgħu jitilgħu skala ‘l fuq.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer ikkonkluda billi qal li kull tifla u tifel għandu jkollhom l-opportunita’ li jilħċu l-ħolm tagħhom, irrispettivament f’lhiem familja jkunu twieldu.

Ekonomija

Sport