Saturday, November 23, 2024

L-uragan Laura jħalli minn tal-anqas persuna mejta u ħsarat estensivi f’Louisiana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Uragan Laura li ħakem l-istat ta’ Louisiana fl-Istati Uniti kkawża għargħar u ħsarat estensivi fuq binjiet u qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’madwar nofs miljun residenza.

Dan huwa wieħed mill-aktar uragani b’saħħithom li ħakmu ż-żona, mkejjel b’kategorija erbgħa b’irjieħ li jlaħħqu l-240 Kilometru fis-siegħa. Dan l-uragan jidher li għadu ma laħaqx il-livelli mistennija, iżda għadu qed jitqies ta’ theddida hekk kif hemm il-possibbilità li jinfirex mal-65 Kilometru ’il ġewwa mill-kosta. Madwar nofs miljun residenza f’partijiet minn Texas u Louisiana ġew mitlubin jevakwaw.

Il-Gvernatur ta’ Louisiana John Bel Edwards aktar kmieni kkonferma l-ewwel fatalità u ma eskludiex li din tkun l-aħħar vittma.

Sport