Saturday, May 18, 2024

L-użu tal-maskri fl-isptarijiet issa obbligatorji biss f’żoni fejn il-pazjenti jirċievu l-kura

Aqra wkoll

Mill-ewwel ta’ dan ix-xahar inbidlu r-regoli dwar l-użu tal-maskri fl-isptarijiet madwar pajjiżna u anke fiċ-ċentri tas-saħħa.

Issa l-użu tal-maskri se jkun biss obbligatorju f’żoni fejn il-pazjenti jkunu qegħdin jirċievu l-kura. Dan ifisser li fl-uffiċini u żoni oħrajn tal-isptarijiet mhux se jkun obbligaturu li wieħed jilbes maskla.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li kienu qegħdin ibiddlu dawn ir-regoli wara deċiżjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li minn Mejju li għadda ma baqgħetx tqis il-Covid-19 bħala emerġenza ta’ saħħa madwar id-dinja.

Bir-regoli l-ġodda l-maskra trid tibqa’ tintlibes f’kull ħin mill-pazjenti, viżitaturi u impjegati fi swali u dipartimenti fejn tingħata l-kura, iżda fl-uffiċni tal-isptarijiet fejn ikun hemm biss ħaddiema u l-ebda pazjenti din tista’ ma tintlibix. Lanqas se tkun obbligatorja li tintlibes fil-kurituri, fir-reception, fil-canteen, f’ċentri ta’ taħriġ u fis-swali tal-konferenzi.

Għal każ ta’ kliniċi mediċi, li fosthom jinkludu l-Out-Patients, il-askra trid tintlibes hekk kif persuna tidħol fuq ġewwa u tibqa’ biha anke x’ħin tkun fil-żona ta’ stennija. Iżda l-istess bħal isptarijiet din mhix obbligatorja fl-uffiċini fejn ikun hemm ħaddiema biss.

Fid-djar tal-anzjani u residenzi fejn jinżammu persuni b’diżabilità, il-maskri se jibqgħu jintlibsu, iżda fejn hemm kmamar li fihom ikun hemm staff biss dawn mhux obbligatorji.

L-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jgħidu li fil-postijiet li huma obbligatorji li jintlibsu l-maskri, din tista’ titneħħa biss temporanjament biex persuna tieħu xi mediċina jew kura, meta jkun hemm bżonn li wieħed juża l-qari tax-xufftejn u biex persuna tkun tista’ tiekol u tixrob. Trid titneħħa bilfors f’każ li l-awtoritajiet jitolbu persuna biex tkun identifikata.

Sport