Iċ-champions Barcelona bdew id-difiża tat-titlu Spanjol b’rebħa kbira ta’ 5-0 fuq Elche.
Raphinha (14) fetaħ l-iskor minn penalty, qabel Karim Adeyemi għamilhom 2-0 fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. Anthony Gordon, li daħal bħala sostitut, għamel impatt immedjat billi pprovda l-assist għal Raphinha (67) għat-tieni goal tiegħu. Gordon imbagħad għadda l-ballun lil Fermin Lopez (71, 79), li skorja darbtejn biex issġilla r-rebħa ta’ Barcelona.
Sadanittant, Atletico Madrid spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Villarreal. Julian Alvarez ġie ibbuwjat mill-partitarji tiegħu stess meta daħal fit-tieni taqsima.
Minkejja li Atletico spiċċaw b’10 players, Giuliano Simeone skorja fit-85 minuta biex kiseb punt għat-team.




