Sunday, September 8, 2024

La Liga qed tinvestiga abbuż razzjali dirett lejn Vinicius Jr

Aqra wkoll

Stqarrijiet ġodda ta’ abbuż razzist dirett lejn l-attakkant ta’ Real Madrid Vinicius Junior qed jiġu investigati minn La Liga

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena deher li kien fil-mira ta’ tifel waqt id-draw ta’ 2-2 ta’ Los Blancos kontra Valencia fil-Mestalla fi tmiem il-ġimgħa fejn kien hu li salva punt lit-tim immexxi minn Carlo Ancelotti.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri tifel żgħir – li qiegħed bilqiegħda fuq ħoġor mara u għandu wiċċhom mgħotti – jgħajjat ​​il-kelma ‘mono’ … li tfisser ‘xadina’.

Il-persuna li fuq ħoġorha kien t-tifel, innotat persuna tiffilmja u tipprova twaqqafha milli tagħmel dan, u l-mara li ħadet dan il-filmat tkellmet fuq dan l-abbuż.

Il-mara żvelat li l-pulizija kienet issejħet fl-istadium. La Liga issa nedew l-investigazzjoni tagħhom stess dwar l-inċident, li sar 10 xhur biss wara minn abbuż razzjali preċedenti fil-konfront ta’ Vinicius.

Ekonomija

Sport