Robert Lewandowski se jitlef it-tliet logħbiet li jmiss ta’ Barcelona wara li ntwera l-karta ħamra fir-rebħa fuq Osasuna ftit jiem qabel it-Tazza tad-Dinja.
Il-Pollakk tkeċċa fit-30 minuta għat-tieni karta safra bil-konsegwenza li ngħata sospensjoni ta’ partita waħda.
Madankollu, waqt li kien ħareġ mill-ground, mess imnieħru waqt li ppunta lejn ir-referee. Qed jingħad li kien imdejjaq bl-arroganza tar-referee Gil Manzano, iżda r-referee inkluda dan fir-rapport tal-partita tiegħu.
Għal dan il-għan, il-Bord tad-Dixxiplina ta sospensjoni ta’ żewġ logħbiet oħra lill-eks player ta’ Bayern Munich minħabba li wera “nuqqas ta’ rispett lejn l-uffiċjali”.
Barcelona appellaw għall-karti sofor tiegħu kif ukoll is-sospensjoni ta’ żewġ logħbiet addizzjonali. Iżda dan l-appell ġie miċħud … biex Lewandowski se jitlef il-partiti kontra Espanyol, Atletico Madrid u Real Betis.
Gerard Pique tkeċċa wkoll fil-mistrieħ minħabba ;o pprotesta kontra l-karta l-ħamra ta’ Lewandowski. Huwa ntlaqat b’sospensjoni ta’ erba’ logħbiet għal “insulti, abbuż verbali u attitudni ta’ insult”, iżda minn dakinhar irtira mill-football u għalhekk se jkollu biss iħallas multa ta’ €2,400.