Friday, November 15, 2024

“La nippreferu ta’ barra mela ngħaffġuh bit-tractor u nagħmluh soppa”

Bidwi mill-Imġarr se jarmi 12,000 Kilo ta' cherry tomatoes għax ma nbigħx

Aqra wkoll

“Il-bidwi ma jistax ikampa… la nippreferu ta’ barra mela ngħaffġuh bit-tractor u nagħmluh soppa”. Iddikjara dan Bidwi mill-Imġarr li fl-aħħar sigħat ilmenta li madwar 12,000 Kilo ta’ cherry tomatoes li kabbar se jispiċċa jarmihom għax ma jinbigħux.

Il-bidwi spjega li x’aktarx din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn naqsu ħafna l-bdiewa attivi. Huwa qal li din is-sitwazzjoni ma tinkludix biss dan il-prodott, iżda bdiewa li jkabbru prodotti oħrajn bħalma huwa l-bettiegħ li minħabba li naqas il-bejgħ, jispiċċa wkoll mormi.

“Tgħid sparixxew il-flus mill-idejn? Eluf ta’ ewro biex twassal il-prodott finali u jkollok tarmih”, temm jgħid il-bidwi.

Ekonomija

Sport