Tuesday, September 24, 2024

Lamine Yamal jibqa’ jistudja mill-Ġermanja

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ 16-il sena li jilgħab mat-tim nazzjonali Spanjol Lamine Yamal ammetta li ħa x-xogħol tad-dar tal-iskola miegħu fil-Ġermanja sabiex filwaqt li jibqa’ għaddej bit-taħriġ mat-tim tiegħu u jilgħab il-logħbiet f’EURO 2024, iżomm lill-għalliema tiegħu kuntenti u sodisfatti bil-progress tiegħu. Bħalissa Yamal mhux jaħli l-ħin tiegħu u fil-ftit ħin liberu li għandu qed jipprova jistudja u jagħmel ix-xogħol li jtuh l-għalliema peress li jinsab fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja.

Yamal jilgħab ma’ Barcelona u diġa’ lagħab seba’ logħbiet mat-tim nazzjonali Spanjol.

Sport