Friday, June 26, 2026

‘Il-waterpolo huwa sport sabiħ u diffiċli li joħloq karattri tassew tajbin għal ħajjithom kollha’ – Daniel Angyal

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?

Meta kont żgħir xi tfal kienu jilagħbu l-waterpolo fil-Lag Balaton fl-Ungerija u jien ingħaqadt magħhom u ħassejtni komdu ħafna bil-ballun fl-ilma. Allura kont għidt lil ommi biex teħodni għal sessjonijiet tal-waterpolo.

Kif qed tħarsu lejn il-Kampjonat tas-Sajf bħala Sirens ASC u x’inhuma t-tragwardi tagħkom, speċjalment wara l-bidu ta’ staġun mill-aqwa li kellkom fil-President’s Cup?

Nittama li nkunu nistgħu nikkompetu mat-“tliet timijiet il-kbar” (Sliema, San Ġiljan u Neptunes). Jekk jirnexxielna negħlbuhom ftit drabi matul is-sajf u t-tim ikun qed jitjieb,  inkun kuntent.

Issa li lgħabt tliet partiti f’pajjiżna għal Sirens ASC, kif tqis il-livell tal-waterpolo Malti?

Il-livell huwa wieħed sodisfaċneti u anke l-fiżikalità tal-players. Forsi nnutajt ftit aktar żbalji fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-players.

U dak tar-riżorsi (Pixxina Nazzjonali) fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-Pixxina Nazzjonali hija mill-aqwa. Fil-fatt diġà lgħabt ftit logħbiet mat-tim nazzjonali Ungeriż u anke fuq bażi ta’ klabb u nħobb nilgħab ħafna f’din il-Pixxina.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Olympiacos.

Huwa tim mill-aqwa bi players tajbin ħafna.

X’tikkummenta fuq il-Final 4 taċ-Champions League li saret proprju f’pajjiżna u li fiha temmejtu fir-raba’ post?

Ridna niksbu mill-inqas midalja allura jien ftit diżappuntat imma rridu nitgħallmu minn dawn it-telfiet.

Fil-waterpolo, kemm huwa importanti wkoll li tkun għawwiem tajjeb?

Kull attribut fiżiku huwa tant importanti għall-waterpolo tal-lum, għalhekk l-għawm huwa wieħed mill-partijiet ewlenin.

Kif tarak minn hawn u 10 snin oħra?

Nixtieq nibqa’ f’dan l-isport, għadni ma nafx, ifisser li se nkun kowċ jew xi ħaġa oħra, imma żgur li nista’ nara lili nnifsi madwar il-pixxina.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ success fil-waterpolo.

Il-waterpolo huwa sport sabiħ u diffiċli li joħloq karattri tassew tajbin għal ħajjithom kollha … għalhekk kun ħaddiem iebes u gawdi l-logħba!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport