McLaren għamlu bidu perfett fit-tentattiv li jiksbu l-ewwel titlu tal-kostrutturi tagħhom mill-1998 fil-Grand Prix ta’ Abu Dhabi li għada jagħlaq l-istaġun 2024.
McLaren illidjaw lil Ferrari b’21 punt meta kien fadal 44 u temmew il-provi liberi tal-Ġimgħa fl-ewwel żewġ postijiet, Lando Norris qabel Oscar Piastri. Charles Leclerc tal-Ferrari se jibda t-tellieqa ta’ għada mhux aħjar mill-11-il post minħabba penalitá.
Leclerc ingħata kastig ta’ 10 postijiet fil-grid għax il-Ferrari kellhom bżonn iwaħħlu batterija ġdida fil-karozza tiegħu, u dan qabeż il-konċessjoni tiegħu ta’ tnejn għall-istaġun.
Norris illidja lil Piastri b’0.234 sekondi qabel il-Haas ta’ Nico Hulkenberg, sorpriża fit-tielet post.
Carlos Sainz tal-Ferrari kien ir-raba’ l-iktar veloċi, 0.582 sekondi qabel Lewis Hamilton tal-Mercedes, Leclerc u s-Sauber ta’ Valtteri Bottas.
It-tieni Haas ta’ Kevin Magnussen kien fit-tmien post, qabel Alex Albon tal-Williams u Yuki Tsunoda ta’ RB.
Ir-Red Bull kienu qed jissieltu hekk kif iċ-champion tad-dinja, Max Verstappen, li kien qed jilmenta minn nuqqas ta’ konsistenza, temm is-sessjoni s-17-il l-aktar veloċi, tliet postijiet wara sieħbu Sergio Perez.
Il-Brittaniku, Lewis Hamilton, tal-Mercedes kien il-ħames l-aktar veloċi segwit mill-Finlandiż Valtteri Bottas (Stake) u d-Daniż Kevin Magnussen (Haas).
Williams kellhom ġurnata diffiċli. Iż-żewġ karozzi għandhom penali tal-grid ta’ ħames postijiet talli qabżu l-allokazzjoni tagħhom ta’ gearboxes. Albon sofra problema fil-magna, iżda ħareġ għal dawra veloċi fi tmiem is-sessjoni, filwaqt li Franco Colapinto għamel ħsara lill-qiegħ tal-karozza tiegħu bi vjaġġ fuq il-bankini fl-Ewwel Dawra kmieni fis-sessjoni.
Aktar qabel, fl-ewwel sessjoni ta’ prattika, ħu Leclerc, Arthur, sewwieq ta’ żvilupp tal-Ferrari, saq il-karozza ta’ Carlos Sainz.
Kienet ġurnata emozzjonali għall-familja Leclerc kollha.
Ommhom Pascale kienet fil-pit tal-Ferrari, u l-Ħamis Charles tkellem dwar xi tfisser għall-familja, li tilfet lil missier Herve bil-kanċer fl-2017.