La Liga se tintroduċi inizjattiva storika li permezz tagħha r-referees se jkollhom jidhru quddiem il-media wara l-logħbiet biex jispjegaw id-deċiżjonijiet tagħhom.
L-esperiment se jibda l-Ħadd li ġej wara d-derby Bask bejn Athletic Club u Real Sociedad.
Il-ftehim bejn La Liga, il-Federazzjoni Spanjola tal-Football u l-union tar-referees, jipprovdi biex din il-prattika tiġi estiża għal kull partita jekk tirnexxi.
Għal din l-inizjattiva ġew allokati €500,000 bħala ħlas lir-referees involuti.
Il-bidla qed issir fost tħassib dwar il-pressjoni kbira fuq l-uffiċjali tal-logħob, speċjalment wara l-każ tar-referee Ricardo de Burgos Bengoetxea, li nfexx jibki minħabba l-kritika li rċieva qabel il-finali tat-Tazza Spanjola 2025.




