Saturday, October 31, 2026
Home Sport Ligue 1: Achraf Hakimi protagonista f’rebħa kbira ta’ Paris St-Germain

Ligue 1: Achraf Hakimi protagonista f’rebħa kbira ta’ Paris St-Germain

0
77

Paris Saint-Germain komplew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata ta’ Ligue 1 b’rebħa konvinċenti ta’ 5-1 kontra Le Havre, li għadhom l-unika team fil-kampjonat mingħajr rebħa.

Kien Josh Maja (18) poġġa lil Le Havre fil-vantaġġ kontra x-xejra tal-logħob, iżda Mika Godts (26) kiseb id-draw għall-Pariġini qabel Achraf Hakimi (28)  poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ.

Hakimi (69) kompla jkabbar id-distakk  b’xutt dirett minn freekick mill-isbaħ, qabel Senny Mayulu (62) approfitta minn żball difensiv biex għamilhom 4-1. Hakimi mbagħad irreġistra il-hat-trick personali, fid-69 minuta, biex issiġilla r-rebħa 

Huma żammew iż-żewġ punti vantaġġ fuq Lille li f’darhom għelbu lil Lens bl-iskor ta’ 2-0.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here