Sunday, November 24, 2024

“Lanqas Malti wieħed ħlief il-bdot … Is-salib neħħewh ukoll”

Il-Kelliem għat-trasport tal-Oppożizzjoni jirreaġixxi dwar is-sitwazzjoni tal-AirMalta

Aqra wkoll

Il-kelliem għat-trasport f’isem il-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-aħħar ħin esprima d-delużjoni tiegħu għall-fatt li waqt li kellu jtir mal-linja Nazzjonali tal-AirMalta ma sab xejn li hu Malti għajr l-bdot.

“Maċ-chek in.. Barranin biss.. Lanqas Malti/ja wieħed. Fuq l-ajruplan ukoll. Ħlief il-bdot”, kompla jikteb Delia.

Mhux biss, huwa kompla biex jgħid li s-salib ta’ Malta tneħħa wkoll u filwaqt li indirizza lill-Ministru Clyde Caruana huwa rrefera għal dan kollu bħala “ħadma u tradiment”.

Min-naħa tiegħu, għal iktar minn darba, il-Ministru Caruana tkellem fil-parlament u qal li m’għandu l-ebda problema li jiddiskuti dwar il-linja nazzjonali tal-ajru ladarba jispiċċaw id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea li għadha għaddejja bi djalogu dwar is-sitwazzjoni tal-AirMalta u l-viżjoni ppreżentata mill-gvern għat-triq ‘il quddiem.

Sport