Monday, May 13, 2024

Passiġġier żagħżugħ weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Marsa, u vettura Mercedes Benz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20-il sena residenti l-Għargħur.

Fil-Mercedes Benz kien hemm passiġġier żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Pembroke. Huwa kien assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport