Saturday, May 4, 2024

“Lanqas nista’ nemmen dak li qed nara”

Żagħżugħ jirraporta dwar s-sejba ta' kelb maħruq f'kaxxa f'Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Il-Pulizija flimkien mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qegħdin jinvestigaw il-mewt makabra ta’ kelb li nstab mejjet f’Ħaż-Żebbuġ.

Iż-żagħżugħ li sab il-kelb maħruq u mormi f’kaxxa tal-kartun qasam l-esperjenza qarsa li kellu aktar kmieni dagħlodu waqt li kien fejn is-St Dorothy fl-imsemmija lokalità.

“Skużawni mhux daqshekk ċar però lanqas qed nemmen dak li qed nara b’għajnejja”, kompla ż-żagħżugħ filwaqt li appella għall-għajnuna għax ħassu konfuż x’jista’ jagħmel biex issir ġustizzja ma min wettaq din l-irresponsabbilità.

Sport