Sunday, May 5, 2024

Paris SG se jkeċċu lill-coach Mauricio Pochettino

Aqra wkoll

Minkejja li wassalhom għar-rebħ tat-titlu Franċiż, fis-sigħat li ġejjin Paris St-Germain mistennija jkeċċu lill-coach, Mauricio Pochettino, flimkien mad-direttur Sportiv, Leonardo. 

Wara li Kylian Mbappe ddeċieda li jġedded il-kuntratt minflok jingħaqad ma’ Real Madrid, liema mossa qajment furur madwar l-Ewropa, jingħad li l-club se jagħmel bosta tibdil. 

Peró, is-suċċessur ta’ Pochettino għadu mhux magħruf minħabba li Zinedine Zidane ma jridx jieħu r-responsabbiltá tat-team minħabba li qed jimmira li jinħatar il-coach nazzjonali ta’ Franza wara t-Tazza tad-Dinja 2022, f’Novembru li ġej. 

Il-kuntratt ta’ Pochettino kellu jintemm fl-2024 iżda huwa se jitkeċċa wara biss 18-il xahar fit-tmexxija. 

Il-coach Arġentin kien konxju li se jintemmlu ħesrem il-kuntratt tiegħu, tant, li kien fuq il-lista mqassra ta’ coaches li Manchester United setgħu jingaġġaw. Iżda l-għażla tar-Red Devils waqgħet fuq l-Olandiż, Erik ten Hag. 

Sport